This website uses cookies. By using this website you agree to our terms. This website uses cookies, learn more
add listing

Sixpack u Sonza

€ 6.00

Description

Sixpack u Sonza by Donovan Gatt
New - shop stock
Reduced
Id-Davide qed jingħafas mal-mara ħoxna ta’ Żmien il-Ħaġar f’kopulazzjoni oriġinali daqskemm skabrużament intima. Il-mara l-ħoxna m’hemmx li tintreħa.
Kannibalu tqatta’ u tiekol minnu. Ma tridx tafdah għalkollox għax mis-saba’ malajr jaf jeħodlok id jew xi spalla. Dilettant kbir tal-Juventus. Flimkien ma’ ommu jaqla’ l-ħobżna ta’ kuljum f’ħanut tal-laħam fejn il-cube roll dejjem tari u frisk u fejn il-klijent jiġi moqdi mill-koxxa. Qabel l-ikel il-kannibalu jrodd is-salib.
Isqof Niġerjan iħossu bħal dubbiena storduta fil-foga tal-flitt. Hekk kif ikun ħiereġ mis-sakra tal-loppju wara amputazzjoni, l-eċċellenza tiegħu, minn jeddu imma mhux minn jeddu, jaqbad jirrakkonta avventuri strambi li kellu f’pompa tal-petrol abbandunata qalb it-tyres u l-pjanċi tal-ħadid. Il-kirurgu u l-anestesista jissemmgħu. Il-koxxa tal-isqof tferfer fix-xejn. Xebba tixxotta d-dmugħ.

Item Details

9742964
37
Books
06/04/2024
New

Featured Listings

Recently Viewed

online stores

Set up a store and start getting paid online, today.

find out more
  FEEDBACK