This website uses cookies. By using this website you agree to our terms. This website uses cookies, learn more
add listing

Santa Marija tal-gebel

€ 3,000

Description

Santa Marija mnaqqxa fil-ġebla Maltija. Din kienet tifforma parti mill-Knisja parrokkjali l-antika ta’ Ħal Luqa. Fir-ritratt meħud meta l-knisja ġġarfet matul it-Tieni Gwerra Dinjija, tidher immarkata b’ċirku aħmar. X’aktarx kienet tinsab fil-prospettiva tal-artal tal-Kappella tas-Sagrament.

Qed intella’ wkoll ritratt editjat li juri kif tidher meta ż-żewġ biċċiet tagħha jingħaqdu—għalkemm fir-ritratt jidher li hemm nieqes bejniethom, fil-verità m’hemm xejn nieqes. L-opra tikkonsisti f’żewġ biċċiet kbar tal-ġebel, u meta mqiegħda flimkien tilħaq għoli ta’ 3 piedi u wisa’ ta’ 33 pulzier.

Din hija biċċa xogħol sabiħa fil-ġebla Maltija, kif ukoll opra tal-arti ta’ valur storiku.

Item Details

10037260
8
Antiques
20/04/2026

Featured Listings

Recently Viewed

sell faster!

make your listing featured and get 10x more viewers

more
  FEEDBACK