This website uses cookies. By using this website you agree to our terms. This website uses cookies, learn more
add listing

Do-Re-Mi

€ 4.00

Description

Do-Re-Mi kant u logħob tat-tfal maltin
New - shop stock
Reduced
F ‘kull pajjiż, Malta magħduda, it-tfal għandhom il-logħob u l-għana tagħhom. Uħud minn dawn jafu l-bidu tagħhom littwemmin reliġjuż u oħrajn, bħat-tħannin tannieqa u l-logħob tat-tfulija, lid-drawwiet u l-ambjent partikolori tal-belt jew raħal fejn nitbu.
Bosta drabi dan il-logħob u l-għana, li jista’ jkun qadim ħafna, ikun għadda bil-fomm minn ġenerazzjoni għal oħra. Għaldaqstant jista’ jagħti l-każ li maż-żmien tkun nibtet aktar minn verżjoni waħda. Bosta minnhom smajthom mingħand qrabati u mingħand ġirien tagħna fis-snin tal-gwerra fil-pjazza tal-Ħamrun. Oħrajn wasluli mill-kitba ta’ Ġużè Cassar Pullicino, bniedem umli u studjuż kbir tal-folklor Malti, li lilu wkoll hi ddedikata din il-ġabra, b’ħajr.
L-ewwel parti ta’ dan il-ktejjeb kienet dehret fl-1982 (u ristampata fl-1989). Din hi edizzjoni ġdida b’żieda ta’ aktar logħob u taqbiliet. Qed tinkludi wkoll tliet biċċiet ‘logħob bl-ilsien’ u xi kanzunetti ta’ żmien il-gwerra li fl-umoriżmu tagħhom kienu għenu biex itaffu xi ftit mit-tbatija tal- poplu tagħna.
Dan il-ktejjeb hu mżewwaq bi tpinġijiet mill-isbaħ li jinterpretaw żminijiet imgħoddija. Tfassal bil-għan li t-tfal ta’ llum isiru jafu xi ftit minn dan il-logħob u l-għana ta’ l-antik u, bħal qrabathom qabilhom, isibu l-hena fit-taqbil, fil-logħob, u fl-għana ħelu tat-tfulija.

Item Details

9742960
42
Books
06/04/2024
New

Featured Listings

Recently Viewed

online stores

Set up a store and start getting paid online, today.

find out more
  FEEDBACK